LEJN SPORT MALTI TA’ SUĊĊESS
It-titjib li rajna fil-faċilitajiet sportivi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex matul dawn l-aħħar ftit snin kien tabilħaqq impressjonanti. U m’iniex nitkellem biss fuq l-isport l-aktar
Min hu Dr. Edward Cassar Delia?
Kandidat f’isem il-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq it-tieni u t-tielet distrett.
Bin Joseph Cassar Delia, tabib tal-familja, u Dorothy (née Serracino), huwa trabba f’Ħaż-Żabbar u f’Wied il-Għajn ma’ ħutu. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta’ De La Salle f’Bormla, u l-“Junior Lyceum” tal-Verdala, ukoll f’Bormla.
Plejer tal-futbol u l-“basketball” f’żgħożitu, ipprattika wkoll il-“bodybuilding”, fejn ikkompeta darba fil-kampjonati nazzjonali fil-bidu tad-disgħinijiet.
Cassar Delia studja fl-Università ta’ Malta, fejn iltaqa’ mal-mara futura tiegħu, Dorothy.
Wara li gradwa mill-Università ta’ Malta, rebaħ diversi boroż ta’ studji differenti barra minn xtutna li kienu ta’ għajnuna kbira għalih u li għenuh jibda jispeċjalizza fl-Ortopedija Trawmatoloġija u l-Mediċina Fiżika.
Filwaqt li kien qiegħed jgħix u jistudja f’Ruma, huwa ħadem id f’id ma’ diversi tobba li jispeċjalizzaw fl-“Athletic Performance Enhancement u Orthopaedic Rehabilitation”, b’uħud minnhom li kienu membri tal-CONI, il-Kumitat Olimpiku Nazzjonali Taljan.
Fl-1994, huwa żżewweġ lil Dorothy (née Busuttil). Huma għandhom żewġt itfal, Andrea u Ana, u jgħixu ħaż-Żabbar.
Messaġġ ta’ ispirazzjoni:
“Ask not what your country can do for you, but what you can do for your country.” – John F. Kennedy, ex-President tal-Istati Uniti.
Għaliex iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?
Naħseb li kien hemm żewġ raġunijiet prinċipali. Sa minn meta kont tfajjel kont nesperjenza mill-qrib il-karriera ta’ missieri fil-politika. Stajt nara ta’ kuljum, numru konsiderevoli ta’ nies jirrikorru għall-għajnuna ta’ missieri għall-problemi li kienu qed jiffaċċjaw. Sa minn kmieni għalhekk skoprejt is-sodisfazzjon li wieħed iħoss wara li jkun serva biex għen lill-proxxmu fil-bżonn. Wara kollox dan hu t-tagħlim ta’ Sidna Ġesù Kristu fil-prattika.
It-tieni raġuni hi li meta kont iżgħar stajt nara b’għajnejja u mmiss b’idejja l-ġid vast li kien għamel il-Gvern Laburista tal-1971. Daħħal iċ–Children’s Allowance, ħoloq il-pensjoni taż-żewġ terzi, waqqaf il-“minimum wage”, ġab l-ekwilibriju fil-pagi tal-irġiel u n-nisa, flimkien ma’ ruxxmata ta’ benefiċċji għall-familji Maltin u Għawdxin. Minn stat ta’ tbatija biex jgħixu diċenti, l-anzjani tagħna kienu sabu ruħhom sinjuri żgħar.
Il-Gvern Laburista tal-1971 irnexxielu jattira fabbriki u xogħol importanti mill-Ġermanja li għadu jrodd il-ġid lill-ekonomija sal-lum. Ħoloq l-Air Malta. Ġab fuq saqajh lit-turiżmu. Radd lil Malta l-ħelsien komplut u assolut. Dan iż-żmien meraviljuż ta’ tant kisbiet ma setax ma jimpressjonax il-fantażija ta’ ġuvnott bħali.
Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel il-Gvern Laburista fl-aħħar snin?
Fl-opinjoni tiegħi, iċ-Childcare mingħajr ħlas kien mod inġenjuż biex f’qasir żmien l-ekonomija tal-pajjiż issaħħet b’mod straordinarju bid-dħul fil-kamp tax-xogħol ta’ mijiet ta’ nisa. Illum qed naraw pajjiżi akbar minn Malta jaraw kif jikkupjaw din l-istrateġija. Il-Gvern Laburista bil-ħolqien ta’ tant impjiegi tajbin irnexxielu jgħolli f’qasir żmien il-livell tal-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi. Ma nistax ukoll inħalli barra l-passi kbar ‘l quddiem li wettaq il-Gvern Laburista fil-kamp tad-diżabilità. Irnexxielu wkoll jeqred ħafna mill-burokrazija li kienet qed toħnoq il-kummerċ.
Kif iġġedded il-Partit Laburista tul is-snin?
Nieħu pjaċir ninnota il-kontinwazzjoni u l-konsistenza f’kull fergħa tal-Partit Laburista (żgħażagħ, nisa, anzjani). Ma jaqtgħux is-seminars, il-korsijiet u n-numru kbir ta’ laqgħat li jservu ta’ egħjun friski ta’ proposti u idejat biex il-pajjiż jibqa’ miexi fit-triq tal-progress. Jekk inħarsu lejn l-avversarji politiċi tagħna, li jiftaħru bis-snin twal u storiċi mit-twaqqif tal-Partit tagħhom, naraw illi l-aħħar żewġ mexxejja ‘instabu’ minn barra l-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista. Wieħed jista’ jgħid illi l-aħħar żewġ mexxejja ġew mit-triq u mhux mill-istrutturi tal-Partit!
X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur?
Kull min hu ta’ rieda tajba seta’ jagħraf f’Robert Abela il-baħri qalbieni tal-maltemp. Rajna u għadna naraw, kif pajjiżi b’riżorsi ferm akbar minna, ittrattaw il-problemi li mponiet fuq id-dinja l-pandemija.
Fl-aħħar xhur il-Gvern ta’ Robert Abela ħadem bi pjan u l-poplu sab Gvern attiv u preżenti miegħu.
Hu stqarr, “Aħna ħadna f’dawn l-aħħar xhur forsi l-aktar deċiżjonijiet f’mument iebes u l-aktar deċiżjonijiet iebsin li qatt se jkollna ħtieġa li nieħdu. Iżda għax kellna l-kuraġġ li neħduhom f’mumenti diffiċli llum il-kuraġġ fit-teħid ta’ dawk id-deċiżjonijiet qed jissarraf f’fiduċja u f’ottimiżmu b’konsegwenza tal-pjan li ħdimna bih.”
Fil-fatt ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea, bassar kif l-ekonomija Maltija se tkun qed tikber iktar mill-medja Ewropea u darba u nofs aktar minn dak previst mill-esperti tal-Kummissjoni Ewropea.
Ma’ Robert Abela ħa mmorru ‘l quddiem flimkien mal-poplu b’bażi b’saħħitha biex infasslu l-futur ta’ pajjiżna.
X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta?
Malta aktar ħadranija. Aktar kannizzati bil-fjuri. Aktar b’dehra Mediterranja. Aktar sabiħa. “Parks” ħodor sbieħ jilqgħu l-familji għar-rikreazzjoni tagħhom. Il-Gvern preżenti qed jagħti importanza lill-ambjent, lill-ħdura, l-isbuħija. J’Alla jsib kull kooperazzjoni għax ambjent nadif u sabiħ joħloq atmosfera fejn iċ-ċittadin ikun jista’ jitpaxxa u jserraħ il-menti f’ħajja mgħaġġla li qisu aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed toħloq stress fuq il-bnedmin.
Nixtieq li l-isport, il-kultura u l-arti tal-ispettaklu jiġu mogħtija l-importanza mistħoqqa lilhom u lil min jipprattikahom.
F’Malta kien hemm ħafna pjanijiet u programmi biex jiġi żviluppat l-isport fil-passat u xi wħud minn dawn l-isforzi setgħu, direttament jew indirettament, ħallew il-frott internazzjonalment f’ċertu sport li jintlagħab f’timijiet u fuq bażi individwali. Madankollu dejjem kien hemm l-opinjoni popolari li kienet nieqsa fl-isport:
Din il-“policy” qegħda toffri qafas formali, ħolistiku u sistematiku għall-iżvilupp tal-isport f’Malta. Hija bbażata fuq ir-rikonoxximent tar-rwol importanti li għandu l-isport fil-ħajja tal-individwu, il-komunità, in-nazzjon, ir-reġjun u fid-dinja. Il-“policy” madankollu trid titqies aktar bħala proċess aktar milli bħala prodott finali. Hija tfittex li tiggwida t-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-iżvilupp tal-isport peress li se jkun soġġett għal modifika u rfinar b’reazzjoni għar-realtajiet soċjali li qed jinbidlu…
In Malta there have been many plans and programmes to develop sport in the past and some of these efforts may have, directly or indirectly, borne fruit internationally in certain team and individual sports. However there was always the popular opinion that sport lacked:
This National Sport Policy offers a formal, holistic and systematic framework for the development of sport in Malta. It is based on recognition of the important role which sport plays in the life of the individual, the community, the nation, the region and in the world. The policy however must be seen more as a process rather than…
It-titjib li rajna fil-faċilitajiet sportivi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex matul dawn l-aħħar ftit snin kien tabilħaqq impressjonanti. U m’iniex nitkellem biss fuq l-isport l-aktar
Ma tridx tmur lura hafna snin. Anqas minn ghaxar snin. Imma qabel l-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu 2013 – li l-Partit Laburista rebah b’rizultat massiv ta’
Fl-1948, wara zmien twil ta’ hakma Ngliza, Malta akkwistat id-dritt ta’ self-government. U wiehed jista jimmagina il-lista twila ta’ prijoritajiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, ekonomija, trasport, u
Sikwit issib lil min jagħmel din il-mistoqsija meta jkun intilef dak is-sens ta’ direzzjoni li wieħed dejjem ikollu bżonn fil-ħajja. It-tendenza li wieħed jaħseb li
It-titjib li rajna fil-faċilitajiet sportivi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex matul dawn l-aħħar ftit snin kien tabilħaqq impressjonanti. U m’iniex nitkellem biss fuq l-isport l-aktar
• Construction takes 3-4 Week• A great solution for tight budgetsand limited space forconstruction• Perfect for Small Neighborhoods Download PDF
Sport promotion plays a very important role in supporting the achievement of the recommended levels of physical activity in the European population. The aim of
The Study on the Contribution of Sport to Economic Growth and Employment in the European Union was carried out in 2011-2012, based on data collection
This study, commissioned by the European Commission and the Executive Agency forEducation, Audiovisual and Culture, investigates sport’s contribution to the employabilityof disadvantaged young people in
People take up sport and physical activity for a variety of reasons, including for the sheerenjoyment of it, to improve fitness and health and to
“Around every 47th Euro and every 37th employee in the EU are directly sport-related” The European Commission released its second study on the Economic impact
Dan l-ahhar il-Gvern Laburista kompla jsahhah l-industrija tal-films f’Malta bil-bini ta’ Sound Studios u aktar atrezzament inidrizzat biex isahhah din l-industrija f’Malta. Daqs mitt sena
With the sport’s history, Maltese people could always find a way to keep the practice of athletics alive. This is also true for today’s generation
If you are looking for a holiday destination, Gozo might be your best bet. The island of Gozo is the second largest island in Malta