Fl-1948, wara zmien twil ta’ hakma Ngliza, Malta akkwistat id-dritt ta’ self-government. U wiehed jista jimmagina il-lista twila ta’ prijoritajiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, ekonomija, trasport, u mitt haga ohra li sab jistennewh il-gvern Laburista ta’ dak in-nhar.
U l-istudjuzi baqghu skantati kif fost dan ix-xoghol kollhu il-gvern hatar kumitat immexxi mid-drammaturgu u rumanzier Gino Muscat Azzopardi biex ihejji rapport dwar kif Malta kellhu jkollha it-Teatru Nazzjonali taghha. It-taqlib u l-inkwiet politiku ta’ dawk iz-zminijiet, li wasslu wkoll ghar-rizenja tal-Gvern Malti ma hallewx lok biex dak in-nhar tittiehed l-azzjoni li giet suggerita fir-rapport.
Imma malli fl-1955 il-Gvern Laburista rega sab ruhu fil-gvern, mill-bidu inghata l-ewwel pass biex il-gvern jixtri minghand il-privat it-Teatru Manoel biex dan iservi ta’ it-Teatru Nazzjonali ta’ Malta. Meqjuz bhala teatru storiku bi storja tassew prestiggjuza sa dak in-nhar, il-Manoel kien jaghmel parti mill-propjeta tal-familja Gollcher.
Il-proceduri ta’ espropjazzjoni bdew f’Dicembru tal-1955 u fit-2 ta’ Frar 1957, il-Land Arbitration Board ordna biex il-binja timbiegh lill-Gvern Malti. Ghoxrin jum wara, fit-22 ta Frar 1957, il-Gvern Malti xtara it-teatru Manoel minghand il-Familja Gollcher u beda minnufih bix-xoghol ta’ rikostruzzjoni u dekorazzjoni. Wara mitt sena f’idejn il-privat it-Teatru Manoel sab ruhu mill-gdid il-Propjeta tal-Maltin kollha.
Xi hadd illum jista jimmagina l-istat tal-Kultura u l-Arti Maltija fejn ikun? Minghajr il-holqien tat-Teatru Nazzjonali Malti? Kieku l-Maltin baqghu imcahhda minghajr it-Teatru Manoel?
====================================
L-Ordni celebri tal-Kavallieri ta’ San Gwann, maghrufa mal-medda taz-zmien bhala l-Kavallieri ta’ Malta, htieget sptar minn fejn tkun tista tiffunzjona il-parti Ospitaliera taghha. Jinghad illi l-binja kolossali wara dan il-monument uniku, maghrufa dak iz-zmien bl-isem ta’ Sacra Infermeria, hija tal-perit Malti Girolamo Cassar li beda x-xoghol fil-1574. Fil-hakma tal-Francizi kienet maghrufa bhal Grand Hospital waqt li l-Nglizi kienu jsibu l-post bhala Station Hospital.
Dil-binja spettakolari w storika toffri panorama mill-isbah tal-Port il-Kbir.
Matul il-medda taz-zmien sofriet minn hsarat kbar. Ma ghenux l-attakki bil-bombi tal-ajruplani Taljani u Germanizi matul it-tieni gwerra dinjija. Jinghad illi meta l-ex Prim Ministru Dom Mintoff, akkumpanjat minn nutar Alex Sceberras Trigona, dak iz-zmien ministru tal-affarijiet barranin, zaru il-post kienu sabu zdingar kbir, hmieg, irwejjah u grieden jigru ma kullimkien. Kienet sfat herba shiha fejn hadd ma kien jazzarda jersaq.
Ghalkemm mhux darba jew tnejn kien hemm min thajjar jirrestawra l-post, ix-xoghol kien malajr jieqaf, jew minhabba nuqqas ta’ finanzi jew ragunijiet ohra. Gvern Laburista, bid-direzzjoni tal-Ministru Lorry Sant, fl-1978 beda jiehu x-xoghol bis-serjeta tant li fil-11 ta’ Novembru 1979, ir-restawrazzjoni tlestiet u l-post tlesta biex jilqa’ n-nies. Fil-bitha inbena l-akbar teatru fil-maghluq illi hawn f’Malta. Tant kien sar xoghol estensiv, serju u sabih illi dan il-post, li issa kien jissejjah Mediterranean Conference Centre, inghata il-premju prestiggjuz, maghruf bhal Europa Nostra Diploma of Merit.
Fil-prezent l-MCC, torganizza konferenzi, ikliet, esebizzjonijiet, laqghat minn istituzzjonijiet u kumpaniji internazzjonali; Philips, Siemens, Samsung huma biss tlett ezempji ta’ istituzzjonijiet kbar li ghazlu jesebixxu il-prodotti taghhom fl-MCC.
It-Teatru f’Sala Repubblika b’mod regolari jospita l-orkestra filarmonika ta’ Malta biex toffri l-isbah kuncerti, u jniedi xgholijiet kbar muzikali bhal Gensna, Il-Kbir Ghadu Gej li hafna drabi jixxandru live fuq it-televizjoni. Ma jonqosx is-sehem politiku mill-Gvern Malti fl-organizazzjoni ta’ konferenzi kbar bhal ma hi ic-CHOGM li ttellghet fl-MCC darbtejn.