Dan l-ahhar il-Gvern Laburista kompla jsahhah l-industrija tal-films f’Malta bil-bini ta’ Sound Studios u aktar atrezzament inidrizzat biex isahhah din l-industrija f’Malta.
Daqs mitt sena ilu il-gzejjer taghna diga kienu qed iservu ta’ lok fejn jingibdu numru ta’ films, l-aktar dawk bi stejjer tal-ewwel zewg gwerer (I & II) maghmulin minn kumpaniji Nglizi. Mal-medda taz-zmien is-suggetti tal-films bdew ikunu aktar diversifikati u mal-Ingilterra zdiedu pajjizi ohra l-aktar mill-Ewropa. Il-bini tal-akbar tank tal-ilma biex ikunu facilitati films b’avventuri fuq il-bahar kompla jzid il-popolarita tal-gzejjer Maltin mal-producers internazzjonali.
Fost l-ewwel kummissarji li mexxew din l-istituzzjoni tal-films kien hemm Benjamin Hole, Lino Cassar, Paul Avellino, Narcy Calamatta u Ino Bonello.
Il-film illi l-aktar gibed attenzjoni fuq Malta mill-qasam internazzjonali tac-cinema kien Gladiator illi ingibed fostna fl-1999 u hareg ghad-distribuzzzjoni fis-sena 2000. Is-success u l-popolarita ta’ din il-produzzjoni bir-rebh ta’ bosta unuri taw spinta konsiderevoli lil Malta madwar id-dinja tac-cinematografija.
Din il-popularita xprunat l-awtoritajiet lokali biex jinvestu aktar fl-industrija u biex isahhu l-kampanja biex aktar u aktar films isiru f’Malta. Kien f’dan iz-zmien illi Malta offriet incentivi finanzjarji lil dawk il-produtturi li ghazlu jahdmu f’pajjizna. Din il-hidma serviet biex Malta tkun rikonoxxuta bhala ‘film friendly’; mhux biss ghax toffri tank tal-ilma li hu l-akbar li hawn fid-dinja, jew ghax ghandha klima idejali ghall-gbid tal-films, izda wkoll ghax Malta tippossedi arkitettura interessanti, u pajsagg mill-isbah.
Haga ohra li tippossedi Malta u li tant hi necessarja fil-gbid tal-films hi l-kapacita biex il-lok, bi ftit tat-tibdil, ikun jista facilment jinbidel f’pajjizi ohrajn. Ezempju car ta’ dan huwa l-film Munich ta’ Steven Spielberg. L-istorja tal-film hi bazata fuq meta agenti tal-agenzija Lhudija sigrieta il-Mossad, izuru Ateni, Beirut, Nicosia, Tel Aviv, Ruma u Jerusalem biex jassassinaw il-membri tal-grupp terroristiku Black September. Il-grupp responsabbli mill-massakru ta’ Munich meta nqatlu brutalment l-atleti Lhud fl-Olimpjadi ta’ Munich. Dawn il-pajjizi kollha gew replikati b’mod konvincenti f’diversi postijiet madwar Malta.
Aktar u aktar haddiema Maltin bdew jitghallmu x-xgholijiet li huma konnessi max-xeni, kostumi, make-up u l-affarijiet l-ohra kollha li huma mehtiega biex jingibed film.
Xi ftit tal-granet ilu il-gvern ta’ Robert Abela habbar il-Film Awards li se jibdew jinghataw lill-ahjar fost il-produzzjonijiet cinematografi Maltin. Ghax Gvern Laburista kien u ghadu jahdem u jirsisti biex din l-industrija tikber u maghha tkompli titkabbar l-ekonomija.