IL-BUDGET TA’ ROBERT ABELA

Ma tridx tmur lura hafna snin.  Anqas minn ghaxar snin. Imma qabel l-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu 2013 – li l-Partit Laburista rebah b’rizultat massiv ta’ 55 fil-mija tal-voti – il-kelma Budget kellha tifsira ghal maggoranza tal-Maltin.

F’dak iz-zmien, meta joqrob zmien il-Budget il-poplu kien jipprova jbassar fejn ser ‘jinqaras’, jew fejn ser ‘jingidem’. Ghaliex mill-esperjenza tal-passat il-Maltin kienu jassocjaw il-Budget mad-dhul tat-taxxi. Kulhadd kien dara jifhem u jaccetta illi minbarra is-sigaretti u x-xorb – li kienu jizdiedu ma kull budget b’mod regolari

– se jkun hemm taxxi ohra li dejjem kienu jservu biex inaqqru mis-salarji tal-haddiema, mill-pensjonijiet u mid-dhul li kien ikollhom il-haddiema biex jghajjxu lill-familji.

F’anqas minn ghaxar snin is-sitwazzjoni dwar kif il-Maltin iqishu l-Budget inbidlet bhall-lejl minn nhar.  Ghax il-budget la baqa joqros u lanqas jigdem.

Bil-kontra, il-Budget beda jaghti, beda jrodd, beda jagevola, min bil-ftit, min bi ftit aktar, u min b’hafna aktar, id-dhul tal-haddiem Malti. Bil-Partit Laburista fil-Gvern il-Budget ta’ kull sena ghal haddiem sar ifisser ‘X’se nakkwistaw mill-gdid!’

Mhux se nidhol fid-dettal dwar il-mizuri li jinstabu fil-Budget li thabbar ftit tal-granet ilu. Il-medja kwazi kollha spjegaw il-beneficcji li nsibu f’dal-Budget. Kif kull settur tal-hajja Maltija, kemm it-tfal, zghazagh, haddiema, pensjonanti, irgiel u nisa; qed ikunu mghejjuna biex jghixu hajja li troddilhom aktar sodisfazzjon minn dik illi kienu jghixu fil-passat.

Nisthajjel dal-gvern ta’ Robert Abela, li qatt ma hu sodisfatt bil-livell ta’ hajja li qed jghixu l-Maltin, ghax dejjem irid jameljora l-hajja ta’ kull membru li jaghmel sehem fis-socjeta Maltija, studja fid-dettal kull kategorija ta’ nies, biex dak li hu tajjeb jghamlu ahjar. U dan irnexxielu jghamlu b’sodisfazzjon ghal poplu Malti kollhu. Din hija Malta li rrid inhalli lil uliedi.

LEJN SPORT MALTI TA’ SUĊĊESS

It-titjib li rajna fil-faċilitajiet sportivi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex matul dawn l-aħħar ftit snin kien tabilħaqq impressjonanti. U m’iniex nitkellem biss fuq l-isport l-aktar

Read More »

IL-ĠEJJIENI MIN JAFU!?

Sikwit issib lil min jagħmel din il-mistoqsija meta jkun intilef dak is-sens ta’ direzzjoni li wieħed dejjem ikollu bżonn fil-ħajja. It-tendenza li wieħed jaħseb li

Read More »

LEJN SPORT MALTI TA’ SUĊĊESS

It-titjib li rajna fil-faċilitajiet sportivi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex matul dawn l-aħħar ftit snin kien tabilħaqq impressjonanti. U m’iniex nitkellem biss fuq l-isport l-aktar

Read More »

Ħaż-Żabbar Pump Track

• Construction takes 3-4 Week• A great solution for tight budgetsand limited space forconstruction• Perfect for Small Neighborhoods Download PDF

Read More »